HomeStorjaMill-KazinAhbarijietHal LijaIkkuntattjana

 

Diretturi Spiritwali....

L-Ewwel Direttur Spiritwali tas-Socjeta` inhatar wara t-tieni gwerra dinjija, u dan kien it-twajjeb u rispettat minn kulhadd - Dun Salv Agius. Qabel ordna sacerdot, kien haddiem it-tarzna, u membru ferm attiv u habrieki tas-Socjeta`. Il-familja tieghu, inkluz missieru Salvu, kienu kollha membri tal-kazin. Meta kiber fl-eta' hass il-bzonn li ma setax ikompli jaqdi dmiru bhala Direttur Spiritwali u ghalhekk kontra qalbu kellu jhalli din il-kariga. Huwa miet fit-28 ta' Ottubru, 1978.
Minnufih nhatar Dun Salv Sammut bhala Direttur Spiritwali. Matul dawn is-snin kollha Dun Salv qatt ma naqas li jkun prezenti tista tghid kuljum fil-Kazin tas-Socjeta` biex jitkellem mas-socji u jghin b'kull mezz lis-Socjeta`. Nhar il-Hamis 12 ta' Frar, 2004, Dun Salv ghalaq 80 sena. Ghal din l-okkazjoni, il-Kumitat organizza riceviment fil-Kazin stess b'rispett tax-xoghol li wettaq u ghadu jwettaq sal-lum.

Xi kelma ta' gid zgur li qatt ma naqset minghand dawn id-Diretturi Spiritwali li dejjem taw u ghadhom jaghtu kontribut kbir lis-Socjeta`. Jalla is-Socjeta` taghna li prezenza ta' kappillani u qassisin qatt ma naqset tul is-snin, tkompli tapprezza u tghozz din il-hidma fejjieda.

Filwaqt li nitolbu ghar-ruh Dun Salv Agius, nawguraw aktar snin ta' hidma lil Dun Salv Sammut bhala Direttur Spiritwali fi snin li gejjin b'risq is-Socjeta`.

Dun Salv Agius Dun Salv Sammut

 

 
 
 
 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006