HomeFesti ReligjuziAttivitajietMarciNar

 

Attivitajiet

 

IT-TLIETA  27 TA’ LULJU, 2017
6.30p.m. QUDDIESA TAN-NOVENA
Is-Soċjeta` tipparteċipa fil-quddiesa organizzata għal-Każini u l-għaqdiet tal-festa.
Il-membri u l-ħbieb tas-Soċjeta` huma mħegga jattendu.

IL-ĠIMGĦA  21 TA’ LULJU, 2017
8.00p.m.  IKLA TAL-FESTA
IKLA fil-bitha tal-Każin tas-Soċjeta`.
Donazzjoni: Kbar €15 u Tfal €8.
Kulħadd huwa mistieden għal din l-okkazjoni. Bookings mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-kumitat sa l-Erbgħa 19 ta’ Lulju, 2017.

IL-ĠIMGĦA 28 TA’ LULJU, 2017
8.00p.m. RIĊEVIMENT TAL-FESTA
Mistiedna l-membri tas-Soċjeta`, is-Sindku u l-Kunsilliera, l-Kappillan u  l-membri tal-Kleru, l-benefatturi tas-Soċjeta`, l-Każini u l-għaqdiet tal-festa u mistednin oħra tas-Soċjeta` fil-ġnien tal-Każin. 
Il-Kumitat iħeġġeġ lis-Soċji u l-ħbieb kollha tas-Soċjeta` biex jattendu.

L-ERBGĦA  2 TA’ AWWISSU, 2017
L-Ewwel Jum tat-Tridu
8.30p.m. MARĊ BRIJUŻ
MILL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ ANDRIJA TA’ ĦAL LUQA
taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. M. Pulis li jgħaddi minn dawn it-toroq:
Jibda minn Triq il-Kbira, Triq Annibale Preca, Triq tal-Mirakli, Triq N. Cotoner, Triq Ħal Bordi, Triq Annibale Preca, Triq Sant’Andrija Triq il-Forn, Triq Sir Ugo Mifsud, Pjazza Trasfigurazzjoni, Triq il-Kbira, u jispiċċa bid-daqq ta’ marċi popolari quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija.

IL-ĦAMIS 3 TA’ AWWISSU, 2017
T-Tieni Jum tat-Tridu
8.30p.m.  MARĊ BRIJUŻ MILL-BANDA KONTI RUĠĠIERU TAR-RABAT MALTA
taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. J. Chappell li jgħaddi minn dawn it-toroq:
Jibda minn ġol-Housing Estate, Triq Sir Ugo Mifsud, Triq K. Darmanin, Triq is-Salvatur, Triq Ferdinand Grech, Triq R. Mifsud Bonnici, Triq Ramiro Barbaro, Triq Mario Agius, Triq Mikielanġ Borg, Triq il-Kbira, Pjazza Trasfigurazzjoni, Triq Sir Ugo Mifsud,Triq id-Dejqa, Triq Merino, Triq Preziosi, Triq il-Forn u jispiċċa bid-daqq ta’ marċi popolari quddiem il-Każin tas-Soċjeta` Sant’ Andrija.

 

 

 
 

Fadal Ghal-Festa ta` Gesu Salvatur

 
 
 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006