HomeFesti ReligjuziAttivitajietMarciNar

 

Festi Religjuzi

 

Il-Ħamis, 27 ta’ Lulju - Bidu tal-Festa bil-ħruġ ta’ l-Istatwa
Nitolbu għal dawk involuti fl-organiżżazzjoni tal-Festa.
6.00 p.m.   Rużarju.
6.30 p.m.   Quddiesa tal-ftuħ tal-Festa ċċelebrata mill Kappillan Kan Joseph Cilia li għaliha qed nistiednu lill-membri fil-Kumitat tal-Festa, is-Sezzjoni Żgħażagħ, il-membri tal-Kumitat tas-Soċjeta’ Filarmonika San Piju X, tas-Soċjeta’ Sant’ Andrija u tal-Għaqda tan-nar San Mikiel.Il-Kappillan jagħmel diskors li fih iwassal messaġġ lill-poplu ta’ Ħal Lija dwar iċ-ċelebrazzjoni ta’ Festa nisranija li nkunu ser niċċelebraw.
Fi tmiem id-diskors, jitkantaw l-Innu u l-Antifona waqt li l-Istatwa titulari ta’ Ġesu` Salvatur titqiegħed f’postha għal matul il-ġranet tal-Festa.
Nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Lulju
Filgħodu nitolbu għall-morda u l-anzjani tagħna.

9.30 a.m.   Quddiesa għall-morda u l-anzjani tagħna organizzata mill-Kummissjoni Djakonija. Ic-Celebrant ser ikun Mons Ġuzepp Fenech.

Festa mit-tfal u l-preadolexxenti lil Ġesu’ Salvatur
6.00 p.m.   Rużarju.
6.30 p.m.   Quddiesa ċċelebrata minn Dun Gerald Mangion SDB, bis-sehem tal-membri tal-Kummissjoni Kateketika u l-grupp tal-preadolexxenti. Mistiedna b’mod speċjali t-tfal kollha li jattendu fiċ-ċentri tad-duttrina tagħna flimkien mal-ġenituri tagħhom u l-preadolexxenti. Wara l-quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.
Wara t-tfal u l-ġenituri nimxu f’manifestazzjoni bi xbieha zghira ta' Kristu Salvutut bis-sehem tal-Banda San PioX sas-sala parrokkjali u jsir party għat-tfal kollha.

 

Is-Sibt, 29 ta’ Lulju
Nitolbu għal dawk li jagħtu sehem fl-oqsma ċivili, soċjali, sportivi u kulturali.

6.00 p.m.   Rużarju.
6.30 p.m. Quddiesa ċċelebrata min Mons Mose Borg, bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali u l-Għaqdiet Soċjali, Kulturali, Sportivi u Politiċi. Jippriedka Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju
Niftakru f'Ħutna li joqgħodu barra mir-raħal.

5.00 p.m.   Rużarju.
6.30 p.m. Quddiesa ċċelebrata min Mons Mose Borg, bis-sehem tal-membri tal-Kunsill Lokali u l-Għaqdiet Soċjali, Kulturali, Sportivi u Politiċi. Jippriedka Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.


It-Tnejn, 31 ta’ Lulju
Nitolbu lis-Salvatur biex il-familji tagħna jissaħħu aktar fl-imħabba bejniethom.
6.00 p.m.   Rużarju.
6.30 p.m.  Quddiesa ċċelebrata minn Mons. Alfred Xuereb, li għaliha qed nistiednu lil dawk kollha li huma minn Ħal Lija jew għexu Ħal Lija u llum m'għadhoms joqgħodu fil-paroċċa tagħna. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

It-Tlieta, 1 ta’ Awwissu                 
Nitolbu lis-Salvatur għall-Imgħamdin ġodda tal-parroċċa.
6.00 p.m.   Rużarju.
6.30 p.m.   Quddiesa ċċelebrata minn Patri Justin Schembri O.P., li matulha issir il-preżentazzjoni tat-trabi lis-Salvatur. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

L-Erbgħa, 2 t’ Awwissu: L-Ewwel Jum tat-Tridu tat-Tridu
Nitolbu lis-Salvatur jagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lill-mejtin tagħna.
6.00 p.m.   Kant tal-Għasar.
6.30 p.m.   Quddiesa ċċelebrata minn Patri Diegu Theuma OFM Cap.. Mistiedna b’mod speċjali l-familji ta’ dawk li mietu mill-festa l-oħra l’hawn. Jippriedka Kan. Antoine Borg. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

Il-Ħamis, 3 t’Awwissu: It-Tieni Jum tat-Tridu
Nitolbu lis-Salvatur iqaddes l-għaqdiet reliġjużi tagħna u jberikna b'aktar vokazzjonijiet
6.00 p.m.   Rużarju
6.30 p.m.   Quddiesa ċċelebrata Dun Josef Briffa SJ, li għaliha qed nistiednu lill-membri kollha tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi tal-parroċċa tagħna. Waqt din il-quddiesa nitolbu lil Ġesu` biex ibierek il-ħidma tas-sorijiet li jaħdmu fil-parroċċa tagħna, biex ikollna aktar vokazzjonijiet u nitolbu wkoll għall-qdusija tas-saċerdoti tagħna. Jippriedka Kan. Antoine Borg. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.. 

 

Il-Ġimgħa, 4 t’Awwissu: It-Tielet Jum tat-Tridu
Nitolbu għal dawk li jgħinu fl-armar u t-tindif tal-knisja, dawk li jqassmu l-Fuljett u dawk li jagħtu sehem fil-Fund Raising.
6.00 p.m.   Kant tal-Għasar
6.30 p.m.   Quddiesa ċċelebrata minn Dun Saverin Cutajar. Mistiedna b’mod speċjali dawk li jgħinu fl-armar u t-tindif tal-knisja, dawk li jqassmu l-fuljett u dawk li jagħtu sehem fil-Fund Raising. Jippriedka Kan. Antoine Borg. Wara l-Quddiesa, tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu u l-Antifona u nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali. 

 

Is-Sibt, 5 t’ Awwissu: Lejliet il-Festa
8.30 a.m.   Konċelebrazzjoni bil-Kant tat-Te Deum immexxija minn Mons. Ġużeppi Fenech.

4.30 p.m.   Konfessuri barranin għall-qrar.
5.30 p.m.   Quddiesa Kantata ta’ lejliet il-Festa ċċelebrata minn Dun Marc Andre Camilleri, Kappillan tal-parroċċa Kristu Re, Raħal Ġdid.

6.30 p.m    Translazzjoni Solenni mill-Knisja l-Qadima tas-Salvatur lejn il-Parroċċa u Għasar Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Charles J.Sicluna, Arcisqof ta` Malta . Nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

Il-Ħadd, 6 t’ Awwissu: Jum il-Festa
Solennita` tat-Trasfigurazzjoni tas-Sinjur  tagħna Ġesu` Kristu
Il-ħin tal-quddies ikun hekk:
6.45 a.m. u 7.45 a.m.
9.15 a.m.   Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T.Mons Charles J. Scicluna, flimkien mas-Saċerdoti tal-Parroċċa u Saċerdoti oħra. Jinseġ il-paniġierku Kan David Cilia.
Wara l-quddiesa isir il-bews tar-Relikwija.
11.15 a.m. Quddiesa fil-Knisja l-Qadima tas-Salvatur.

5.15 p.m.   Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
6.00 p.m.   Għasar Solenni.
7.00 p.m.   Toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ Ġesu` Salvatur.
10.30 p.m. Tidħol l-istatwa u tingħata l-Benedizzjoni Sagramentali.
Filgħaxija jiffunzjona l-kappillan ta' Militello Padre Luca Berretta.

 

It-Tlieta, 8 ta’ Awwissu           
6.30 p.m.   Quddiesa ta’ ringrazzjament immexxija mill-Kappillan Kan. Joe Cilia. Wara t-tqarbin uħud mill-membri tal-għaqda tan-nar iwasslu l-Istatwa sa fejn in-niċċa. Nispiċċaw bil-Benedizzjoni Sagramentali.

 

Fil-ġranet tan-Novena jieħu sehem il-Kor Tabor taħt id-direzzjoni tas-Sur John Demanuele. L-organista hija Sr Natalina Zammit. Jieħu sehem wkoll il-Folk Group tal-Parroċċa taħt it-tmexxija ta’ Jacqueline Saliba. L-orkestra fil-ġranet tat-Tridu, lejliet u nhar il-Festa tkun taħtid-direzzjoni tas-Surmast Patri Salv Galea O.P.

Nixtiequ li waqt in-Novena t-tfal jieħdu sehem fil-Quddiesa tat-8.30 a.m.

Inħeġġu biex fil-ġranet tal-festa nersqu għas-sagramenti tal-Qrar u Tqarbin.

 

 

 
 

Fadal Ghal-Festa ta` Gesu Salvatur

 
 
 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006