HomeStorjaMill-KazinAhbarijietHal LijaIkkuntattjana

 
 

Il-Knisja ta' Sant' Andrija Appostlu

Il-knisja ta' Sant' Andrija Appostlu u Martri hija wahda mill-knejjes l-aktar qodma u importanti ta' Hal Lija. Fl-1575, Monsinjur Dusina kien zar Hal Lija u waqqaf f'din il-knisja l-frattelanza tas-Sagrament. Minkejja dan, din il-knisja ma kenitx fi stat tajjeb. L-artali laterali kienu mitluqa u l-Vizitatur talab biex ma jsirux quddies fihom. Fl-ewwel snin tas-seklu sbatax, in-nies ta' Hal Lija bnew mill-gdid din il-knisja bl-istil ta' dawk iz-zminijiet u fuq it-tieqa ta' dan il-bieb naqxu s-sena 1628 - id-data meta kienet lesta.
F'din il-knisja insibu kwadru titular tassew sabih li jirraprezenta lil Sant' Andrija Appostlu u Martri flimkien mas-Santissima Trinita`. Dan il-kwadru llum jinsab fil-Knisja l-Qadima tas-Salvatur. Barra li din il-knisja hija ta' valur storiku kbir, ta' minn jghid li l-Kazin tas-Socjeta' Sant' Andrija ha ismu propju minn din il-knisja billi l-Kazin twaqqaf biswitha

 

 

 

Il-Knisja ta' San Pietru Appostlu

Il-Knisja ta' San Pietru Appostlu hija mibnija flok ohra qadima fl-1728. Quddiemha tiddomina l-istatwa sabiha ta' San Pawl mahduma mill-iskultur Salvu Dimech. Fl-1916 din il-knisja ghaddiet ghand is-sorijiet Dumnikani. Fis-seklu sittax f'Hal Lija kienet diga` tezisti knisja f'gieh San Pietru u meta fl-1575, Monsinjur Dusina zar dan ir-rahal ra din il-knisja li dak iz-zmien kien jiehu hsiebha Theramus Vassallo. Meta fl-1615 l-Isqof Cagliares zar din il-knisja sab li kient zdingata, tant li l-Isqof ipprofanaha. Izda mz\-zmien, Dun Zakkarija Sammut irrangaha mill-gdid.

 

 

 

Il-Knisja ta' Santa Marija

Il-Knisja ta' Santa Marija, maghrufa ahjar bhala 'Ta Duna' taf il-bidu taghha lil Marjanu Portelli fl-1569. Meta dan ir-rahal sar parrocca fl-1594, kien hemm erba` knejjes iddedikati lil Santa Marija u ghalhekk il-qima lejn dan it-titlu tal-Madonna f'Hal Lija hi qadima hafna. Matul is-snin il-knisja giet mibnija mill-gdid bi stil tabilhaqq eleganti u mzejna b'hafna skultura sabiha fil-gebla Maltija. Il-kwadru titulari li jirraprezenta t-Tlugh fis-Sema tal-Madonna hu xoghol il-pittur Mikiel Busuttil.
Din il-knisja kienet guspatronat u d-dar ta' hdejha kient taghmel parti minnha. Izda maz-zmien dan il-gustpatronat intilef u l-knisja bdiet tinfetah ghall-pubbliku. Illum din il-knisja tkun miftuha l-gurnata kollha ghal adorazzjoni kontinwa.

 

Il-Knisja ta' L-Immakulata Kuncizzjoni

Il-Knisja ta' Marija Immakulta Kuncizzjoni kienet twaqqfet b'guspatronat minn Duninku Agius fl-1647. L-istess benefattur waqqaf ukoll benefizzju ghall-qassis li kien jiehu hsiebha. Kienet knisja maghrufa wkoll bhala 'La Merrubia' jew ta' 'Dun Gusman'. Dan l-artal ta' l-Immakulata Kuncizzjoni kien l-ewwel artal iddedikat lill-Kuncizzjoni qabel dak imwaqqaf fil-knisja parrokkjali.

 

Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mirakli

Is-Santwarju tal-Madonna msejha u maghruf ahjar bhala 'Tal-Mirakli' kienet fl-imghoddi l-knisja ta' l-inhawi ta' 'Ghadir il-Bordi' u fl-1575 kienet diga` ddedikata lit-Tlugh fis-Sema ta' Marija. Sa mill-ewwel snin tas-seklu sbatax din il-knisja kellha marbuta maghha devozzjoni kbira. Tant hu hekk li fil-vizta pastorali ta' l-1618, l-isqof Cagliares ordna li fil-bieb ta' barra tinfetah tieqa biex permezz taghha, meta l-knisja tkun maghluqa, id-devoti tal-Madonna jkunu jistghu xorta wahda jitolbu. Fost id-devoti kbar ta' din il-knisja kien hemm il-Granmastru Nikola Cotoner li spiss kien izurha u ghen hafna fil-bini taghha li sar bejn l-1662 u l-1671

Fil-bini ta' din il-knisja gew imqabbda l-ahjar imghallmin tal-gebla u hekk tawna knisja b'xoghol sabih fil-gebla Maltija. L-Isqof Vincenzo Labini kkonsagra solennement din il-knisja fit-23 ta' Di`embru 1787, u b'tifkira ta' din il-grajja, hemm zewg irhamiet u tnax il-salib mad-dawra tal-knisja. L-isbah ezempju insibuh fil-propettiva ta' l-artal maggur li fiha jispikka l-kwadru titulari mpitter minn Mattia Preti. Dan il-kwadru jirraprezenta lill-Madonna bil-Bambin flimkien ma' San Pietru, l-ewwel Papa tal-Knisja, San Nikola u San Rafel Arkanglu, b'tifkira taz-zewg Granmastri Nikola u Rafel Cotoner, benefatturi u devoti kbar ta' din il-knisja.

Ic-centru ta' din il-knisja hija l-pittura qadima fuq l-injam li tirraprezenta lill-Madonna bil-Bambin flimkien ma' San Pietru u San Nikola, pittura li tmur lura ghas-seklu sittax. Skond rapporti ta' l-1661 li kien ghamel il-Kappillan ta' Hal Lija, din ix-xbieha kienet taqla hafna mirakli u ghalhekk bdew isiru hafna pellegrinaggi ghaliha. Fil-21 ta' Frar 1743 kien sar terremot kbir f'Malta u jinghad li gurnata qabel, fuq ix-xbieha tal-Madonna msejha 'Tal-Mirakli' dehru bhal qtar ta' gharaq. Dawn dehru fuq sidirha, fuq haddejha u fuq mohha. L-awtoritajiet tal-Knisja kienu nfurmati mill-ewwel u bosta nies bdew immorru f'din il-knisja jinviztaw il-Madonna. Fi zmien qasir din il-knisja saret centru ta' devozzjoni Marjana.

L-isbah xhieda tal-qedem u l-kobor tad-devozzjoni tal-Madonna tal-Mirakli wiehed jista` jarah fil-muzew interessanti li nsibu maghqud mal-knisja, li fih afna kwadri ex voto, moghtija lill-knisja wara xi fejqan specjali.

F'din il-knisja jinsab il-korp sant ta' Santa Mansweta li kienet ngiebet minn Ruma fl-1840.

 

Il-Knisja tat-Twelid tal-Madonna

Din il-knisja, maghrufa bhala `Tal-Belliegha` nbniet flok knisja qadima li kienet iddedikata lil Marija Assunata u li kienet giet ipprofonata fl-1656. Ghaxar snin wara, fl-1666, din il knisja reghet inbmiet mill-gdid u fiha bdiet tigi ccelebrata wkoll il-festa tat-Twelid tal-Madonna. Meta fl-1740 inbniet il-knisja tal-lum din giet iddedikata lit-Twelid tal-Madonna.

 

 

 

 

Il-Knisja ta' San Mikiel Arkanglu

Il-knisja ta' San Mikiel hija wahda mill-eqdem knejjes f'dan ir-rahal ghaliex il-bidu taghha jmur lura lejn is-seklu sittax. Ghamlet zmien mitluqa izda Gilormu Agius, irrestawrha u fl-1655 rabat ukoll magha beneficcju ekklezjastiku.

 

 

 
 
 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006