HomeStorjaMill-KazinAhbarijietHal LijaIkkuntattjana

 

POEZIJI

125 SENA TA' STORJA F'HAL LIJA

IL-KAZIN TA’ SANT’ANDRIJA, HAL LIJA

INNU MARĊ LILL-KAZIN SANT’ ANDRIJA

Twanny

 

125 SENA TA' STORJA F'HAL LIJA


Int rahal ferm ghal qalbna,
tinsab sewwa sew f'nofs din il-gzira.
Tpaxxi l-ghajn ta' kull minn izurek
ta' bilhaqq int ghaxqa kbira

Ghax minn dejjem kont imsebbah
b'gonna kbar kull fejn iddur.
Izda fuq kollox int imsemmi
ghall-festa kbira tas-Salvatur.

Matul is-snin int kont il-kenn,
ghas-Socjeta` li ghamlitlek unur,
ridt li ismek tpoggi fl-gholi,
b'Sant' Andrija, il-protettur.

125 sena hija l-istorja,
ta' kultura f'dan il-Kazin.
Fost l-ewlenin kellu l-hidma
tas-Salvatur tahdem kull hin.

Is-snin igerbu, in-nies jinbidlu,
l-ideal jibqac b'unur miktub,
dak li taghti s-sehem taghha,
fil-festa ewlenija tas-Salvatur.

Ahna illum iridu nghaddu
ir-riedni ta' dan il-Kazin kbir;
sabiex b'rieda soda jkompli jzejjen
isem Hal Lija b'kull tifhir!

Stephen Azzopardi B.Ed.(Hons.)
Segretarju
6 ta' Mejju, 2005

 

IL-KAZIN TA’ SANT’ANDRIJA, HAL LIJA

Fit-tarf tat-triq
kwazi fil-kantuniera
biswit il-knisja
ta’ Santa Marija
hemm il-kazin sabih
ta’ Sant’Andrija.

Nisthajlu dal-kazin
li jmiss mal-misrah
jixtieq bhalkieku
jirrakonta l-grajja
ta’ x’ghadda minghalih
kemm ilu wieqaf.

Nisthajlu b’lehen gholi
jispelli l-ismijiet
ta’ dawk li dahlu fih
kull filghaxija
ifittxu l-kenn u l-wens
tal-hbiberija..

Nisthajlu mimli dawl
il-Hadd filghodu
u l-gnien ifur bil-fwieha
tar-rebbiegha.

Nisma’ fil-boghod
il-hoss tal-bocci jahbtu ma’ xulxin
fil-kamra tal-biljard
u l-brix tal-gibsa kahla
Fuq l-istikka

Wieqaf taht kull ritratt
li hemm fit-tarag
nisma’ lil dawk l-irgiel
tal-kumitati
jirrakuntaw l-istorja ta’ hajjithom
li hija wkoll l-istorja
ta’ hajjitna.

Joe Friggieri
4 ta’ Mejju, 2006

 
 

INNU MARĊ LILL-KAZIN SANT’ ANDRIJA

Ħal Lija f’qalbna
Kburin ferm bis-Salvatur.
Raħal mogħni b’nies qalbiena;
B’ħeġġa kbira qalbna tfur.
Mosè l-profeta,
Kbir Melkisedek qassis
Imexxuna
Isaħħuna
Biex lil Kristu nfittxu biss.

Maż-żmien sebbaħna
Dal-każin bi storja w unur.
Ta kull sena iferraħna
Fil-festa tas-Salvatur.

Patrun appostlu
Li ħabb dejjem lill-Mulej.
Sant’Andrija
Iqawwina
Għax lil Kristu żamm b’mexxej. (x2)

Trio: Inkantaw u nagħmlu festa
Nallegraw, niċċelebraw.
Għax dan hu l-jum ta’ għaqda fostna frott il-ħidma ta’ xulxin.
Inkantaw u nagħmlu festa
Nagħtu ġieh lil Sid is-sliem
Għax dan hu l-jum li Kristu jdawwalna u jżommna magħqudin.

Feddej kbir inti salvajtna.
Ferħanin nagħtuk tifħir
Għax dan hu l-jum ta’ ġrajja ħajja li twassalna fis-smewwiet.
Feddej kbir int lilek tajtna.
Inti t-Triq, il-Bidu u t-Tmiem
Għax dan hu l-jum li b’nies ħabrieka miegħek nibqgħu mħaddnin.

Briju, kant, kultura, banda
Imżewqin b’toroq ħelwin
Għax dan hu l-jum li fih inlibbsu lil raħalna bit-tiżjin.
Qalbna mgħamra bit-talenti
Illi tana s-Salvatur
Għax f’dan il-jum żgur qalbna tħammar biex inħobbu lil xulxin.

Inkantaw u nagħmlu festa
Nallegraw, niċċelebraw.
Għax dan hu l-jum ta’ għaqda fostna frott il-ħidma ta’ xulxin.
Inkantaw u nagħmlu festa
Nagħtu ġieh lil Sid is-sliem

Għax dan hu l-jum li Kristu jdawwalna u jżommna magħqudin.

Mużika: Mro. R. Fenech
Versi: Charlie Spiteri

 

Twanny

Twanny il-hero taghna
Wisq izjed tal-Maltin.
Qeghdin dan il-boghod kollu
Hallejtna b’qalbna maqsumin.

X’hin smajna bid-dizgrazzja
kullhadd baqa’ hosbien
Ghax kullhadd jafek sewwa
Go Malta w kullimkien

Int dejjem pjacir tajtna
Bix-xoghol li int  ghamilt
Fil-festi kullhadd irid jara
In-nar li int ghamilt.

Fil-kamra kont issibek,
il-kamra ta’ San Mikiel.
Int kont tqatta’ iz-zmien tieghek
Biex taghti pjacir bih.

Fil-kamra int kont taghmel
Murtali tal-kulur,
tal-berqa u tal-bomba
Ghall-festa tas-Salvatur

Ghax-xoghol int kont mill-aqwa,
Kont l-ahjar fost il-Maltin
Ghajnuna int kont taghti
L’kull min kien jistaqsik.

Int tlaqt u mort hallejtna
Hallejtna minghajr tislijiet
Hallejt warajk il-vojt
Li hadd ma’ jista jimlieh.

Il-festi jigu w jmorru
Kull rahal u pajjiz
Imma x’hin dawna jaslu
Kullhadd jiftakar fik.

Charlie Desira
       St. Albans, Melbourne
        Australia
       28 ta’ Novembru, 2007

 
 
 
 
 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006