HomeStorjaMill-KazinAhbarijietHal LijaIkkuntattjana

 
Salvu`s Spot
 

Il-Kumitat tal-kazin Sant Andrija ta Hal Lija ghogbu jafdali spazju fuq il-website ta’ l-istess kazin. Ma ghamilliex kundizzjonijiet jew qalli x’ghandi nikteb jew x’ghandi nghid, halla f’idejja. Ghalhekk se naghmel milli nista u li naf biex ma niddisappuntahx. Jien dejjem emmint li ghandek dmir lit kun taf fuq ir-rahal tieghek, l-origini tra’ kif issawwar, kif kiber, kif sar dak kollu li hu illum. Ghandek tkun taf grajjiet, dizgrazzji, avventuri, okkazjonijiet, kemm ta’ferh u dwejjaq. Ghandek tkun informat biex jekk tigi mistoqsi tkun kapaci li taghti risposta jew informazzjoni jew storja li min jitlobielek, l-aktar jekk ikun barrani jew turist. Min m’ghandux dawn il-kwalitajiet jfisser li maqtuh mir-realta.

L-imorizmu f`din is-site mhux se jonqos, nkella ma nkux komdu. Il-Karattru tieghi huwa li nidhaq bija nnifsi. Meta skoprejt dan, l-hajja saret ehfef, saret ghalija iktar facli. Naccetta l-kritika, lest li nisskuza ruhi ghal xi zball. Dak li naf se nghaddieh lil qarrejja. It-Titlu ta kul kitba se tkun Salvu Sammut Spot. Ghazilt kelma b`lingwa ohra biex naghtiha akatr kulur, aktar attenzjoni. L-isem u il-kunjom jibdew l-istess, ghalhekk zidt kelma ohra li tibda b`S. Tidher adattata hux ?
Meta kont zghir u nattendi l-iskola, kont inqis li biex tasal hemm bicca triq twila, fejn kont nghidli l-iskola tinsab il-boghod. L-iskola tas-subien kienet fi Triq San Anton. Nixtieq ninforma lil min ma jafx li l-iskola ta Hal Lija hiha wahda mill eqdem li ghandna f’Malta. L’quddiem se nikteb artikolu shieh fuq kif bdiet l-iskola f’Hal Lija.Jien kont noqghod hdejn il-knisja ta’ San Pietru. Ghalija u tfal tal vicinanza kien boghod ghal iskola. Kien jkollna nimxuha, xemx jew xita, darbtejn kuljum. Meta kbirt aktar u sifirt u rajt dawk it-toroq u pjazez li jezistu barra minn Malta, indunajt kemm kont redikolu, meta kont nghid sa l-iskola hu il-boghod. Kont ghadni maghluq fir-rahal.

Tan-naha taghna aktar konna nfittxu l-kazin tal-banda jew tal-futbol, minn dak ta San Andrija. Il-Kazin tal banda kien mimli attivitajiet, banda, teatrini, talkies. Il-Kazin tal-futbol kien ghadu fuq il-Borg. Kien imsemmi ghal Arkanglu San Mikeil. Ma konniex midhla tal-kazin San Andrija.

Meta fis-snin hamsin, l-futbol mar f’zewg kmamar hdejn il-kazin ta Sant Aadrija, bdejt nkun spiss lejn dawk n-nahhat. Konna mmorru l-kazin ta’ Sant  Andrija  biex nilghabu l-billiard. L-attitudini tal-membri tad an il-kazin kienu jaghmlu difficli l-attendenza taghna. Kienu qisu jghidulek “Hawn x’gejt taghmel, hawn mhux postkhom”. Ma nixtieqx li niftiehem jazin. Il-Membri  ta dan l-kazin kienu nies serji. Anzi serji zzejjed. Kont narahom bhal klikka ta’ nies li xtaqu li jibqghu hekk. Ma jinteressahomx f’membri  godda. Nista nkun zbaljat, imma smajt minn hemm l-bniedem li hu ta l-istess opinjoni.

Kienu jmexxu l-kazin b`serjeta u zaghzagh kellhom ftit spazju. Ma nistax nhalli barra li kienu serju wkoll f’dak li kienu jwettqu ghar-rahal, ghal festa. L-iskop ewlieni li kien imwaqqaf il-kazin. Is-Socjeta kienet ta l-ewwel li waqqfet grupp mandolinista. Kienu il-pijunieri tan-nar li Hal Lija tant hi maghrufa ghalieh. It-Toroq f’dawn l-inhawi jkunu mzejjna b’armar sabieh, mahdum b’sena u artistiku.

Illum dan il-kazin mexgha maz-zmien. Inbiddlu s-soci u nbidlu l-ideat. Sar aktar miftuh. L-Mentalita qed timxi maz-zmien u torganizza aktar attivitajiet ghal-membri. Il-Bini fieh nnifsu qisek diehel f’xi palazzo li Hal Lija hija sinonimu ma djar u villel u palazzin sbieh. Il-Kazin u il-vicinanzai jinbidel ma kul festa. Ta minn jittawwal wahda u jara dan il-progress.

 

 
 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006