HomeStorjaMill-KazinAhbarijietHal LijaIkkuntattjana

 

Bidu...


Bhal bliet u rhula ohra ta’ Malta, l-irgiel ta’ Hal Lija bdew ihossu l-bzonn li jkollhom Kazin Socjali fejn filghaxija jkunu jistghu jqattghu ftit hin mistrieh wara gurnata xoghol. Kien fis-sena 1878, meta Salvu Camilleri maghruf bhala ‘il-Mosti’ waqqaf l-ewwel Kazin go Hal Lija taht l-isem ta’ ‘Circolo Giovanile Liense’, li kien maghruf ahjar fost in-nies ta’ Hal Lija bhala l-Kazin il-Kbir. L-ghan principali li ghalih twaqqaf dan il-Kazin kien propju bhala post ta’ rikreazzjoni, kif ukoll biex jiehu hsieb parti mill-festa tas-Salvatur. Illum dan l-istess kazin hemm floku l-Kazin tal-Futbol ‘Lija Athletic’ li twaqqaf fl-1949. Izda gara li wara biss sentejn, jigifieri fl-1880, mit-twaqqif ta’ dan il-Kazin, inqalghet tilwima li fiha parti mis-soci ma qablux mal-maggoranza, u ddecidew li jitilqu u jifthu kazin iehor. Wiehed minn dawk li telqu kien iz-zaghzugh habrieki Luigi Agius. Dan, ghalkemm ma kellux iktar minn hmistax-il sena, l-energija u l-kuragg li kellu kienu ta’ ezempju ghal ohrajn biex jigbed membri warajh biex iwaqqfu Kazin iehor. Ghalhekk naraw li aktar ’il quddiem dawn il-persuni waqqfu ghall-ewwel darba l-Kazin Sant’ Andrija, u b’hekk allura fis-sena 1880 twieldet Socjetà gdida bl-isem ta’ ‘Circolo San Andrea’ bhala t-tieni Socjetà go dan ir-rahal. Fl-istess sena twaqqaf Kazin iehor bl-isem ta’ ‘Circolo San Mikiel’ fi Triq Preziosi, izda dan inghalaq fis-snin hamsin.


Ma’ Wigi Agius kien hemm ukoll is-Sur Michaele Camilleri, li flimkien rnexxielhom iwaqqfu din is-Socjetà. Dawn is-sinjuri malajr irnexxielhom ihajru ohrajn bhalhom bl-istess ideal, u flimkien ipprovaw isibu dar biex juzawha bhala kazin.  M’ghaddiex wisq zmien, u l-hsieb taghhom irnexxa billi akkwistaw dar b’kera, f’2, Triq il-Forn, propjeta` tal-familja Bezzina, preciz wara l-Knisja ta’ Sant’ Andrija, u b’hekk bid-dritt kollu wiehed jista’ jghid li s-sena 1880 kienet fil-verità s-sena tat-twelid tas-Socjetà taghna, u t-tieni Socjetà fir-rahal ferm sabih ta’ Villa Lija.

Biex ghazlu l-isem ghal din is-Socjetà gdida, il-membri ma damux wisq jahsbuha ghax semmewha ‘CIRCOLO SAN ANDREA’ ghall-qaddis li l-knisja ta’ hdejn il-post fejn sabu d-dar kienet imsemmiha ghalih. Sa mit-twaqqif taghha s-Socjetà kellha bhala skop ir-rikreazzjoni tal-membri u l-festa tas-Salvatur. Bhal kull bidu iehor dan kien difficli, izda l-membri ma qatghux qalbhom. Dejjem ghamlu hilithom kollha biex jaghtu sehemhom ghall-festa tas-Salvatur. Il-membri, immexxija mill-Fundatur u l-ewwel President Luigi Agius, hadmu bla heda biex jirrangaw il-kazin. Malajr irnexxilhom jixtru l-ghamara, u fi zmien qasir in-numru tas-soci tela’ ghal 40 membru.  Kienu nies ta’ qalb wahda, jahdmu bla heda biex jirrangaw il-kazin, izda fuq kollox kuragguzi. Barra li nxtrat l-ghamara kollha necessarja ghall-kazin, fl-ewwel zminijiet tas-Socjetà bdiet il-hidma fuq l-armar ta’ barra tal-festa tas-Salvatur.  Dan l-armar sar, ghax l-iskop ewlieni tas-Socjetà kien, u baqa’ tul dawn is-snin kollha - il-Festa Titulari ta’ Gesù Salvatur

Giri minn post ghal iehor

Gara imma li s-sid, habta u sabta, hadilhom din id-dar (jigifieri 2, Triq il-Forn), u l-membri sabu ruhhom bla post fejn jiltaqghu u jzommu l-armar tal-festa li kienu digà hadmu. Huma rnexxilhom jakkwistaw remissa magenb ‘Casa D’Amico’ sabiex ipoggu l-ghamara tal-kazin u l-armar tal-festa li kienu hadmu. F’anqas minn tliet xhur, bit-thabrik tal-Kumitat, irnexxilhom jikru l-post 32, Triq Sant’ Andrija. F’dan il-post is-Socjetà ma damitx wisq u b’xorti tajba regghu sabu ruhhom fl-ewwel dar, dik ta’ wara l-Knisja ta’ Sant’ Andrija. F’dan il-post wiehed jista’ jghid li sar kwazi l-armar kollu tal-festa tas-Salvatur. Fl-1917, fis-snin ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija, sid id-dar rega’ ried il-post lura ghal wahda mill-familjari tieghu, u s-Socjetà din id-darba marret f’dar fi Triq Sant’ Andrija, fejn illum din iggib in-numru 33. F’din id-dar damu sa l-1921. F’din id-dar izzanznet il-bandalora tal-Kazin.  Din il-bandalora, disinn ta’ Wigi Fenech u nhadmet ghand is-Sorijiet Frangiskani tal-Buon Pastur ta’ Hal Balzan u giet mbierka mill-Kappillan Dun Vincenz Curmi.  Ta’ minn jghid li Wigi Fenech kien disinjatur mill-aqwa, fejn fost ohrajn iddisinja l-arma tal-Kazin, il-bandiera tal-Kazin u tant affarijiet ohra.

Fis-sena 1922, il-Kazin akkwista wiehed mill-isbah palazzi f’Hal Lija, dak ta’ Nru. 39, Triq Sant’ Andrija. Zgur li wiehed mill-aqwa soci attivi fil-Kazin f’dak iz-zmien kien is-Surmast Antonio Azzopardi(Il-Loqq), li kien ukoll is-Segretarju tal-Kazin. Bit-thabrik u l-hila tieghu akkwista dan il-palazz kbir u tassew sabih, fejn il-Kazin ghadu sal-gurnata tal-lum.  F’dan il-post, il-Kazin kiber b’rata mghaggla u kien ferm attiv. Is-soci, taht it-tmexxija ghaqlija tal-Kumitat, specjalment tal-President Luigi Portelli (Il-Bixxija), is-Segretarju Ninu Azzopardi (Il-Loqq), u l-Kaxxier Salvu Fenech (ta’ l-Inbid), taw sehemhom sabiex isebbhu u jarmaw din id-dar.  F’din id-dar fl-1922, fetah ghall-ewwel darba il-Bottegin u bhala l-ewwel bniedem li ha hsieb dan il-bottegin kien Anglu Fenech(tal-Percius). Izda wara ghaxar snin, u meta l-Kazin kien fl-aqwa tieghu, is-sid ried din id-dar lura bhala residenza ghalih. Din kienet daqqa ta’ harta kbira ghall-membri, billi s-sena ta’ wara, fl-1932, kienu jahbtu l-festi centinarji tal-festa tas-Salvatur, u x-xoghol fuq it-tizjin kien ilu li beda.

Is-Socjetà ma marritx ’il boghod wisq minn fejn kienet, ghax irnexxielha tikri dar b’kera, f’144, Triq il-Kbira, propjeta ta’ l-ahwa Sammut.  Din kellha bzonn hafna xoghol sabiex tintuza bhala kazin. Barra minn hekk riedu jsiru xi alterazzjonijiet fil-bini biex ikun jista’ jintrama l-isnuker. Ta’ minn jghid li dan l-isnuker fil-dar ta’ qabel kien qieghed fis-sala ta’ fuq. Però bil-hidma u sagrificcju ta’ kulhadd, dan ix-xoghol sar u l-kazin ghadda disa’ snin (1931-1939) f’din id-dar. Wara s-Socjetà rega’ rnexxielha takkwista l-palazz kbir f’Nru. 39, Triq Sant’ Andrija fejn ghadha hemm sal-lum.

L-Armar tal-festa

Fis-sena 1864, saret il-vara maeztuza tas-Salvatur, xoghol il-maghruf artist Senglean Karlu Darmanin(Karlozz).  Qabel ma saret din il-vara hekk sabiha, il-purcissjoni tas-Salvatur li kienet tigi ccelebrata propju fil-jum tas-6 ta’ Awissu, kienet issir biss bl-ostensorju u xejn izjed.  F’dawn iz-zminijiet ta’ qabel din is-sena (1864), zgur li f’Hal Lija ma kien jezisti l-ebda armar jew xi tizjin fit-toroq ghal okkazzjoni tal-festa titulari. Il-bzonn tat-tizjin fit-toroq beda jinhass wara li saret il-vara tas-Salvatur.  L-ewwel ftit armar li sar ghall-festa sar meta Hal Lija ma kien ghadu jezisti l-ebda Kazin.  L-ewwel armar sar bejn is-snin l-1864 u l-1877 u fi zmien il-Kappillan Dun Salv Parnis u ta’ warajh Dun Anton Grech Falzon.  Il-ftit armar li kien jezisti f’dawn is-snin ghamlitu il-knisja u kien jintrama quddiem il-knisja parrokkjali.  Il-Kazin Liense wara l-ftuh tieghu fl-1878, bdew jahdmu l-armar ghall-festa tas-Salvatur. L-ewwel bicca armar li saret kienet il-kuruna fuq disinn tas-Sur Vincenzo Busuttil.  Dan l-armar kien ta’ hegga u kuragg ghall-Kazin Sant’Andrija.  Il-membri tal-kazin kellhom ghajnejhom miftuhin berah fuq dak li kien qed jaghmel il-Kazin Liense, tant hu hekk li l-ewwel bicca armar li ghamlu kienet ‘il-kuruna’ li kienet tintrama biswit il-Knisja ta’ Sant’ Andrija, fuq disinn tas-Sur Luigi Engerer Preca.  L-ahhar li ntramat kienet ghall-Festi Centinarji fl-1932.  Wara saru bosta trofej, pilandri, brazzi tal-hadid bit-tazzi taz-zejt u ohrajn ghall-bnadar li kienu jitwahhlu mal-hajt. Saru sahansitra zewg statwi artistici, dik ta’ Melkisedek, maghrufa bhala ‘tal-Markiz’, xoghol l-istatwarju Karlu Darmanin, dak li ghamel l-istatwa artistika tas-Salvatur u l-ohra ta’ Mosè fuq dak il-pedistall gholi.  Wara, meta dahlet is-sistema tad-dawl elettriku, saru l-festuni tad-dawl ghat-toroq ta’ l-inhawi.
Il-parti li kienet tintrama mill-Kazin kienet, il-pjazza ta’ hdejn il-Knisja ta’ Sant’ Andrija, Triq Sant’ Andrija, Triq Annibale Preca u Triq il-Kbira (minn hdejn il-Kappella ta’ Santa Marija sa hdejn il-Percius). Wara, mis-sena 1947, is-Socjetà bdiet tiehu hsieb tarma wkoll parti minn Triq il-Forn (minn fejn joqghod Dun Guzepp Fenech sa hdejn il-Knisja ta’ Sant’  Andrija). Il-Kazin kien hatar kummissjoni minn fost il-membri specifikament biex jiehdu hsieb l-armar. Ovvjament matul is-snin l-armar zdied. Zdiedu pilandri godda, trofej, pavaljuni godda, kif ukoll statwi godda. L-ahhar progett li dahlet ghalih is-Socjetà, kienet il-faccata tal-kazin, fejn fuq medda ta’ tliet snin inghatat dehra totalment gdida fil-granet tal-festa tas-Salvatur. Saru sett ta’ erba’ angli artistici mal-faccata tal-Kazin, xoghol l-artist Ghawdxi James Azzopardi.  Matul l-ahhar snin rega’ beda r-restawr ta’ l-armar kollu tal-kazin mill-membri stess. Hija drawwa tal-Kazin li kull sena jigi mzanzan armar gdid ghal festa tas-Salvatur.  Il-Kazin kien u ghadu jiehu hsieb ukoll jarma Triq Sant’ Andrija b’armar specifiku ghall-festa devota tal-Qalb tal-Gesù.

Orkestra Mandolinistika Sant’ Andrija

Fl-1922, twaqqfet l-Orkestra Mandolinistika Sant’ Andrija fil-kazin, xoghol u tahbit tas-Segretarju tal-Kazin u Surmast Direttur Antonio Azzopardi. Din l-orkestra biz-zmien ifflorixxiet u minn bidu iebes bi ftit muzicisti, malajr thajru ohrajn bl-entuzjazmu u l-ghaqal tas-surmast taghha. Din l-orkestra kienet tikkonsisti f’kitarri, mandolini u anki vjolini, sett ta’ qniepen li ghadhom jinzammu fil-kazin bl-akbar ghozza u fuq kollox b’Surmast Direttur bravu fil-persuna ta’ Antonio Azzopardi.
Fl-iljieli sajfin din l-orkestra kienet tohrog iddoqq fit-toroq tar-rahal.  Waqt li jkunu ghaddejjin, kulhadd kien jixref barra t-triq biex jisma’ l-melodija u d-daqq ferriehi. Din l-orkestra tas-Surmast Ninu Azzopardi damet fl-aqwa taghha sas-sena 1928, u ghaz-zewg kuncerti ta’ prova ta’ kull gimgha, zgur li hadd mill-mandolinisti ma kien jonqos. Din l-orkestra ssahhet biz-zmien fin-numru ta’ muzicisti u bl-entuzjazmu tas-Surmast Antonio Azzopardi kienet ukoll tesegwixxi mhux bicciet ta’ muzika popolari biss, izda bicciet klassici wkoll, bhal sinfoniji u bcejjec minn opri. Fil-gnien tal-kazin tas-Socjetà, l-orkestra bdiet taghmel serati muzikali, fejn is-soci, il-familjari u l-poplu ta’ Hal Lija kien jattendi bi hgaru.  Izda gara li ghal xi raguni jew ohra, il-Kappillan ta’ dak iz-zmien, Dun Anton Buhagiar avvicina lill-membri tal-Kumitat, biex jekk hu possibbli dawn is-serati, ghalkemm leciti u ferm onesti, jigu sospizi. Il-Kumitat ta’ dak iz-zmien ghalkemm konxju mill-fatt li dawn is-serati kienu jigu organizzati b’serjetà kbira, u ma kien hemm zgur ebda lok ta’ abbuz, cediet u obdiet ix-xewqa tal-Kappillan u m’ghamlithomx izjed.

Banda

Ghalkemm din is-Socjetà kellha orkestra, din qatt ma qalbet ghal dik li nafuha illum bhala banda, b’danakollu minn dejjem kienet iggib baned barranin idoqqu ghall-festa tas-Salvatur. Il-baned kienu jdoqqu f’lejliet u nhar il-festa. Dawn l-ewwel kienu jaghmlu marc mat-toroq, imbaghad jesegwixxu programm muzikali fuq plancier fil-pjazza ta’ quddiem il-kazin. Illum il-baned qed jigu jdoqqu fil-granet tat-Tridu.

Il-Marc ta’ l-Istilel

Fl-imghoddi f’lejliet il-festa kien isir marc ferm popolari, u aktarx kien l-uniku wiehed tax-xorta tieghu f’Malta.  Dan kienu jsejhulu ‘l-Marc ta’ l-Istilel’.  Dan il-marc, l-istess bhal hafna ohrajn, ma baqax isir minn meta dahlet is-sistema tad-dawl elettriku, ghax minflok bdew jintramaw il-festuni bil-bozoz tad-dawl.  Ghal dan il-marc il-Kazin kien jaghmel sitta, hekk msejha bandalori, erbgha kbar u tnejn zghar, stilla tal-hames ponot kbar, raggiera kbira bis-simbolu tal-kalci, u salib ta’ Malta bil-kuruna fuqu, kollha bid-dawl fihom.  Dawn kienu jikkonsistu f’qafas b’listi zghar miksijin bil-karti tat-tajr u gewwa fihom tazzi bojod taz-zejt u cimblor bil-ftila tat-tajjar, imbaghad jitwahhlu fuq injama ohra biex ikunu jistghu jingarru waqt il-marc. Wiehed ried joqghod ferm attent biex jimxi bihom, ghax jekk ixerred iz-zejt mit-tazzi dawn setghu jaqbdu facilment.

L-Ghada tal-festa

L-ghada tal-festa, is-soci kienu jqumu kmieni biex izarmaw l-armar kollu tas-Socjetà.  Ghall-ikla ta’ nofs in-nhar kienu jhobbu jaghmluha fil-hanut ta’ Masu Pirotta (it-Tissu) hdejn il-Knisja ta’ Sant’ Andrija. Dan il-hanut illum m’ghadux jezisti, minfloku hemm dar privata bl-isem ta’ ‘Josmel’. Kien hemm zmien meta l-ikla kienet issir fil-kazin stess. Illum l-ikla ghall-voluntieri kollha li hadmu tul il-festa ssir fil-gnien tal-kazin, u fil-gimgha ta’ wara l-festa tigi organizzata ikla go ristorant.

Ix-Xalata tal-Festa

Ta’ kull sena wara li tkun ghaddiet il-festa, is-soci kienu jqattghu gurnata xalata f’San Pawl il-Bahar. Ghal din l-okkazjoni kienu jikru l-karozzini jew omnibus, jarmawhom bil-weraq tal-palm, fanali kbar li jinxteghlu bix-xemgha, u anki gassijiet, li kienu jinxteghlu meta jkunu gejjin lura lejn ir-rahal fid-dlam. F’wahda minn dawn ix-xalati ta’ kull sena, dik tal-Hadd, 19 ta’ Awissu, 1917, grat disgrazzja kbira, fejn guvni ta’ 18-il sena, socju tal-Kazin ghereq go San Pawl il-Bahar. 

Tizjin fil-Milied

Fil-granet tal-Milied, biex jinzamm haj l-ispirtu tal-festi, ghal zmien twil kien jintrama presepju artistiku hafna, li kien ukoll miftuh ghall-pubbliku. Matul iz-zmien bdiet tintrama Triq Sant’Andrija u l-pjazza ta’ quddiem il-kazin b’dawl muvimentat li jixbah x-xita niezla. Tizjin iehor isir fil-kazin stess, u fit-tieqa laterali fejn jigi armat il-Bambin.  Mis-Sena 2005 beda jigi organizzat Presepju Haj fi Triq Sant’Andrija.  Attrazzjoni unika f’pajjizna li issibu biss f’Hal Lija.  Fil-Milied jigu organizzati parties, get-togethers, kif ukoll discos ghaz-zghazagh

Bini tal-Kamra tan-Nar

Kien fi sena 1925, li bl-inizjattiva ta’ Salvatore Fenech (ta’ l-Inbid), membru habrieki u kaxxier ghal hafna snin tal-Kazin taghna mghejjun minn soci, u anki minn xi nies ohra, bdiet tinbena l-kamra tan-nar, hdejn il-Kappella ta’ San Mikiel fl-Iklin.
Kif inbniet il-kamra, l-entuzjazmu zdied u l-irgiel li bdew jitilghu lahaq l-erbghin ruh fi zmien relattivament qasir. Fl-1927, Salvu ghamel hbieb ma’ certu Gaffarelli li kien espert tal-loghob tan-nar.  Salvu ghamel minn kollox biex jigbed lil Gaffarelli lejn ir-rahal u rnexxielu, fejn l-ewwel kien jigi l-kazin u wara, anki kien beda jitla’ l-kamra tan-nar mieghu.  Salvu flimkien ma’ shabu fosthom Daniel Sammut, (il-Keziz), li wkoll kien membru tal-Kazin Sant’ Andrija, bdew jaraw lil Gaffarelli jahdem il-murtali u minn hemm akkwistaw il-ktieb tar-ricetti. Fost il-membri li tghallmu minghand dan l-espert fix-xoghol tal-murtali, insemmu tliet soci ewlenin mill-Kazin ta’ Sant’ Andrija li kienu Salvu Pirotta(il-Gurat), Toni Camilleri (Lacita) u Salvu Fenech (ic-Ciricaw). Meta Daniel Sammut ghamel l-ewwel sett ta’ tnax-il murtal fl-okkazjoni tal-festi tal-Papa Piju XI li saru ma’ Malta kollha fl-1929, kien issupera lill-istess Gaffarelli.  Fl-ispluzjoni tan-nar li saret nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju, 1929, tnejn mill-membri mis-Socjetà, Salvu Fenech u Luigi Sciberras tilfu hajjithom. Zewg membri ohra igifieri Salvatore Fenech u Salavtore Galea helsuha hafif, ghalkemm hadu xokk kbir.  
Fl-antik ghal festa kienu jixtru l-maskli, imbaghad aktar tard il-bombi biex jinharqu minn fuq il-bejt tal-kazin. Issa qed tinharaq musketterija fl-gheluq tal-marci u meta jghaddi s-Salvatur mill-pjazza ta’ quddiem il-kazin. Is-Socjetà dejjem tat il-kontribut taghha, kemm permezz ta’ volontieri kif ukoll finanzjarjament kull meta nhass il-bzonn li jixtara  n-nar ta’ l-art.

Il-Kappella tal-Kazin

Kif giet akkwistata d-dar prezenti fl-1922, il-Kumitat haseb biex wahda mill-kmamar jibdilha f’kappella, kompluta bl-artal u nkwatru bil-pittura tant sabiha tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù. F’din il-kappella kienet l-uzanza, li damet sas-sena 1930, li meta jmut xi membru, ghal tlett ijiem wara xulxin, jinghad ir-ruzarju b’suffragju ghal ruhu.

Konsagrazzjoni tal-Kazin

Fis-sena 1923, saret il-konsagrazzjoni tal-Kazin lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù mill-Kappillan Dun Anton Buhagiar. Wara 25 sena ta’ din il-konsagrazzjoni, saret konsagrazzjoni ohra lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija, u fl-istess jum ta’ din il-konsagrazzjoni, regghet giet imgedda l-konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù. 

Quddiesa tal-Fondazzjoni

Fl-1945 twaqqfet dik li tissejjah il-Quddiesa tal-Fondazzjoni, nhar il-festa ta’ Sant’ Andrija Appostlu u Martri, fit-30 ta’ Novembru. Dan sar bi ftehim mal-Kurja biex issir quddiesa kantanta ta’ kull sena fil-knisja parrokkjali nhar il-festa ta’ Sant’ Andrija ghall-bzonnijiet tal-membri hajjin u mejtin tas-Socjetà.

Il-Kazin fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija

Ma’ l-ewwel attakk mill-arju fuq Malta fil-jum tal-11 ta’ Gunju, 1940, ghal hin tas-6.30 ta’ filghodu, kien hawn konfuzjoni u paniku ma’ Malta kollha. F’inqas minn tlett ijiem wara dan l-ewwel attakk mill-ajru l-kazin gie mimli bir-refugjati, kollha mhassba u kkonfonduti. Il-kazin kwazi gie okkupat kollu kemm hu minn dawn ir-refugjati, u bhala kazin biex jiffunzjona kien qed juza l-bar u l-ewwel kamra laterali. Dawn ir-refugjati baqghu fil-kazin tul il-gwerra kollha, u whud minnhom ghal aktar zmien wara li spiccat il-gwerra. Dawn ir-refugjati baqghu dejjem jiftahru ghal mod kif dejjem gew trattati tajjeb mill-membri tas-Socjetà. 

Festin fil-Kazin lill-Kappillan Dun Karm Lia

F’Mejju ta’ l-1946, sar festin fil-Kazin lil wisq mahbub u habrieki Kappillan Dun Karm Lia, fl-gheluq il-15-il sena mill-parrokkat tieghu. Dan il-festin sar bhala turija ta’ mhabba u rispett ghall-hidma bla waqfien fil-parrocca. Kien festin kbir li ma jintesa’ qatt la mis-soci u wisq inqas mill-poplu ta’ Hal Lija. Dan il-festin sar meta s-Sur Mario Agius kien President tas-Socjetà. Bhala tifkira ta’ din il-festa, il-Kappillan Dun Karm Lia nehha r-ruzetta minn sebghu u pprezentaha lill-President tas-Socjetà, u ried li tinzamm fil-Kazin Sant’ Andrija, ghan-nom tal-Kazini kollha ta’ Hal Lija. Wara l-mewt ta’ dan il-kappillan fit-30 ta’ Dicembru,1959, il-Kazin bi ftehim mal-Kazini l-ohra ta’ Hal Lija ddecidew li jipprezentaw din ir-ruzetta lill-Knisja Parrokkjali, biex tinzamm fil-muzew tal-knisja bi skrizzjoni li turi l-iskop u s-sinifikat ta’ din ir-ruzetta. Xi xhur qabel spicca mill-kariga tieghu, dan il-kappillan mahbub ipprezenta lill-Kazin ritratt tieghu impitter biz-zejt li twahhal fis-sala principali tal-kazin.

Festi f’gheluq il-75 sena mit-twaqqif tal-Kazin (1880-1955)

Ghal din l-okkazjoni, il-Kazin wettaq dan il-programm:
Programm ghal festin li ghandu jsir il-Hadd 4 ta’ Dicembru, 1955, fl-okkazjoni ta’ gheluq il-hamsa u sebghin anniversarju mit-twaqqif tal-Kazin.
Is-Sibt 3 ta’ Dicembru, 1955 – Lejliet il-festa fis-6.00a.m. Quddiesa ghal ruh il-membri mejtin.
Il-Hadd 4 ta’ Dicembru, 1955 – Nhar il-Festa
8.00a.m. Tluq tal-membri mill-kazin ghall-knisja parrokkjali.
8.15a.m. Quddiesa kantata u tqarbina generali. Wara jitkanta Te Deum bhala ringrazzjament.  Jiffunzjona d-Direttur Spiritwali tas-Socjetà Dun Salv Agius.
10.30 a.m. Trattament fil-kazin ghat-tfal tal-membri.
4.30 p.m. Marc minn quddiem il-knisja u jdur mat-toroq principali tar-rahal mill-Banda San Piju X.
5.30p.m. Laqgha u trattament fil-kazin ghall-membri u l-mistednin tas-Socjetà.
Wara l-banda tkompli programm muzikali quddiem il-kazin.

Tkompli ... 1956 – 2006..

 

 

Website Design by DARLOW Productions - Socjeta Sant Andrija Lija Copyright 2006