HomeStorjaMill-KazinAhbarijietHal LijaIkkuntattjana

 

1956 – 2006


Festin lill-Kappillan Dun Innocenz Borg


Nhar il-Gimgha 14 ta’ Dicembru, 1956 sar festin fis-sala principali tal-Kazin fl-okkazjoni ta’ tmiem il-parrokat tal-Kappillan Dun Innocenz Borg.  Ghal dan il-festin kienu mistiedna il-kleru tal-parrocca u l-ghaqdiet religjuzi.

L-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi fil-Kazin

Kien fi zmien il-Kappillan Dun Beneditt N. Fsadni, li zzanznett l-opra tant rikka u sabiha tat-Tabernaklu fil-knisja parrokkjali fil-jum tal-11 ta’ Marzu, 1962. Wara t-tberik ta’ dan it-Tabernaklu mill-Arcisqof Gonzi, il-kappillan akkumpanjat mill-kleru kollu tal-parrocca wasslu fil-kazin tas-Socjetà lil Mons. Arcisqof, fost l-entuzjazmu u l-ghajjat ta’ ferh mal-wasla tieghu fil-kazin ta’ ‘Viva l-Papa’ u ‘Viva l-Arcisqof Gonzi’.
Kienet verament okkazjoni tassew ta’ merhba xierqa, u ta’ farag ghall-mahbub Kappillan Dun Beneditt N. Fsadni.  Fil-kazin, l-Arcisqof ghamel diskors imqanqal, u kif spicca, il-President tas-Socjetà ta’ dak iz-zmien, is-Sur Elia Micallef, ipprezentalu kallotta u kannestru mimli laring mill-isbah. L-Arcisqof bhala turija ta’ ringrazzjament nehha l-kallotta tieghu u pprezentaha lis-Socjetà bhala tifkira dejjiema, fejn ghadha mizmuma b’ghozza kbira fis-sala principali tal-kazin, flimkien ma’ l-inkwatru ta’ l-Arcisqof Gonzi, iffirmat minnu stess.

Ritratt tal-Kappillan Dun Karm Lia

Bl-inizjattiva tal-Kazin taghna mal-Kazini fir-rahal, fis-sena 1963 gie pprezentat kwadru taz-zejt tal-Kappillan Dun Karm Lia, lill-Kappillan ta’ dak iz-zmien Dun Beneditt N. Fsadni biex jitpogga fis-sagristija parrokkjali. Dan il-kwadru hu xoghol il-pittur Rafel Bonnici Calì.  Din l-ghotja kienet saret fil-jiem ta’ qabel il-festa tas-Salvatur, fuq iz-zuntier quddiem il-bieb il-kbir tal-knisja parrokkjali.
Xhur wara li saret din ic-cerimonja, qabel ma’ l-Kappillan Fsadni halla l-kariga tieghu minhabba sahhtu, irregala ritratt tieghu mpitter biz-zejt u mahdum ferm tajjeb, lis-Socjetà. Dan, illum jinsab f’post prominenti fis-sala principali tal-kazin.

Kontribuzzjonjiet lill-Knisja Parrokkjali

Is-Socjetà Sant’ Andrija minn dejjem kienet minn ta’ quddiem biex toffri ghajnuna finanzjarja lill-kappillani ta’ kull zmien. Fl-1947, is-Socjetà kkontribwiet biex jingiebu sett ta’ hames qniepen godda tad-ditta famuza John Taylor minn Loughborough, l-Ingilterra, fi zmien il-Kappillan Dun Karm Lia. Fi zmien il-Kappillan Dun Alfred Xuereb (illum Monsinjur tal-Katidral), is-Socjetà dahlet ghall-ispiza biex tirrestawra l-inkwatru tal-Hames Stazzjon tal-Via Sagra, kif ukoll ikkontribwiet ghall-ispejjez ghan-nicca il-gdida tas-Salvatur. Fis-sena 2004, il-President f’isem is-Socjetà pprezenta donazzjoni lill-kappillan Dun David Gauci, bhala ghajnuna ghall-progett ta’ restawr kbir li qed isir tal-faccata tal-knisja parrokkjali.

Prezentazzjoni ta’ standarti

Fit-8 ta’ Awissu, 1971, saru prezentazzjonijiet ta’ standarti mill-benefattur tas-Socjetà, Salvatore Sammut(Lawriku), li kien emigra lejn l-Amerika tant zmien ilu.  Salvatore pprezenta zewg standarti, wiehed ta’ Malta u l-iehor ta’ l-Istati Uniti.
F’Dicembru ta’ l-2003, il-Profs. Dr. H. Semar, benefattur tas-Socjetà pprezenta standart Germaniz lis-Socjetà.
Fl-okkazzjoni tal-festi tal-125 Anniversarju mit-twaqqif tas-Socjetà, is-Sindku ta’ Hal Lija, s-Sinjura Magda Magri Naudi f’isem il-Kunsill-Lokali Hal Lija pprezentat standart ta’ Hal Lija lis- Socjetà.
Fil-festa tas-Sena 2006, is-Sur Mario Sammut, f’isem il-Kumitat tal-festa tas-Salvatur fl-Awstralja – ‘Minn Hal Lija u Kburi’ pprezenta standart ta’ l-Awstralja lis- Socjetà.

Sehem is-Socjetà  f’kumitati lokali

Is-Socjetà dejjem tat l-ghajnuna taghha lil ghaqdiet jew kumitati f’kull bzonn. Fil-kazin gieli gew mtella’ esebizzjonijiet, tahditiet, kif ukoll diskussjonjiet ghall-gid tar-rahal. Fl-1960, F’Hal Lija gie ffurmat il-Kumitat Festi Esterni u dan kellu rapprezentanza ta’ l-ghaqdiet kollha ta’ Hal Lija li kellhom x’jaqsmu mal-festa. Kemm dam f’dan il-Kumitat, il-kazin dejjem ghamel l-almu tieghu biex jghin fl-attivitajiet li kien jorganizza. Illum il-Kumitat Festi Esterni huwa awtonomu mill-ghaqdiet tal-festa tar-rahal u jaqa’ taht ir-responsabbiltà tal-Kappillan. Fl-1994, fil-parrocca gew iccelebrati zewg centinarji li fakkru l-400 sena minn mindu Hal Lija saret parrocca u t-300 sena mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tal-knisja parrokkjali. Is-Socjetà kellha sehem dirett f’dawn il-festi billi kienet taghmel parti minn kumitat li twaqqaf apposta biex jiccelebra dawn il-festi centinarji.  Il-Kazin kellu sehem ukoll fil-kumitat li kien twaqqaf apposta dwar in-nar ta’ l-art ta’ lejliet is-Salvatur.

Pussess tal-Kappillan Dun Alfred Xuereb

Il-poplu ta’ Hal Lija ferah, flimkien mas-Socjetà Sant’ Andrija meta Dun Alfred Xuereb sacerdot mir-rahal, gie mahtur kappillan ta’ Hal Lija. Il-pussess sar fl-1 ta’ Frar, 1970, u kien wiehed mill-kbar li bhalu zgur li ma sar qatt. Il-Kazin taghna flimkien mal-Kazini l-ohra hadmu bla heda biex dan il-pussess ikun success u wiehed mill-kbar. Minn kull fejn ghadda, migbud fuq karozzella, gie milqugh bil-fjuri, u hekk ukoll il-President tas-Socjetà ta’ dak iz-zmien, is-Sur Lino Portelli, laqghu quddiem il-Kazin flimkien mal-membri numeruzi bil-fjuri u awguralu kull success fil-hidma gdida tieghu.  Ritratt ta’ din l-okkazjoni jinsab fis-sala tal-kazin.

Diretturi Spiritwali tas-Socjetà   

L-ewwel Direttur Spiritwali tas-Socjetà nhatar wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u dan kien it-twajjeb u rispettat minn kulhadd, Dun Salv Agius. Qabel gie ordnat sacerdot, kien haddiem fit-Tarzna, u membru ferm attiv u habrieki fis-Socjetà. Il-familja tieghu, inkluz missieru, Salvu, kienu kollha membri fil-Kazin. Meta kiber fl-età hass li ma setax ikompli jaqdi dmiru bhala direttur spiritwali, u ghalhekk kontra qalbu kellu jhalli din il-kariga.  Huwa miet fit-28 ta’ Ottubru, 1978.  Floku lahaq Dun Salv Sammut bhala direttur spiritwali. Matul dan iz-zmien, Dun Salv qatt ma naqas li jkun prezenti tista’ tghid kuljum fil-kazin tas-Socjetà biex jitkellem mas-soci u jghin b’kull mezz lis-Socjetà.

Festi f’gheluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Kazin (1880-1980)

Fi zmien il-President Vincent Muscat saru c-celebrazzjonijiet t’gheluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Socjetà. Inhatret kummissjoni biex torganizza u ticcelebra dawn il-festi centinarji tul is-sena kollha. Il-qofol tal-festi kienu jikkonsistu f’dan il-programm:
Il-Hadd 28 ta’ Settembru, 1980
7.00p.m. Il-President tas-Socjetà jikxef lapida kommemorattiva li tigi mbierka mill-Kappillan il-Wisq Rev. Dun Alfred Xuereb. Wara jsir riceviment fil-kazin.
It-Tnejn 29 ta’ Settembru, 1980 - 7.00p.m. Semi-finali tal-kompetizzjoni ta’ l-isnuker.
It-Tlieta 30 ta’ Settembru, 1980 - 7.00p.m. Semi-finali tal-kompetizzjoni ta’ l-isnuker.
Il-Erbgha 1 ta’ Ottubru, 1980 - 6.30p.m. Festin ghat-tfal.
Il-Hamis 2 ta’ Ottubru, 1980 - 8.00p.m. Final tal-kompetizzjoni ta’ l-isnuker.
Il-Gimgha 3 ta’ Ottubru, 1980 - 8.00p.m. Ikla ghall-membri u ghall-benefatturi tal-Kazin.
Jinghata t-trophy lir-rebbieha tal-kompetizzjoni ta’ l-isnuker.
Is-Sibt 4 ta’ Ottubru, 1980 - 7.00p.m. Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-knisja parrokkjali

Rikreazzjoni tal-membri


Biex dejjem jilhaq il-gosti ta’ kulhadd, il-Kazin, minbarra is-soltu bar, loghob tal-karti, ecc, hass mill-bidu nett li jkun hemm mejda ta’ l-isnuker, proprjetà tal-Kazin. Maz-zmien saru mejda tat-table-tennis, kif ukoll dart board. Zdiedu wkol mejda tal-billjard, table soccer u loghob iehor addattat ghaz-zghazagh. Barra minn hekk, tul is-sena kollha l-Kumitat jorganizza numru kbir ta’ attivitajiet, kemm fil-gnien tal-kazin kif ukoll gewwa s-swali, bhal get-togethers, bar-b-ques, ikliet, parties tat-tfal, ecc.  

Joseph Portelli -President

Fl-1997, lahaq il-President attwali, is-Sur Joseph Portelli. F’dawn l-ahhar snin, sar xoghol kbir ta’ rinnovament fil-kazin kollu. Sar tibdil necessarju fl-istatut fejn gie aggornat ghaz-zminijiet u l-htigijiet tal-lum, u s-Socjetà fethet il-bibien berah ghall-membri nisa biex dawn ikunu jistghu sahansitra jokkupaw l-oghla pozizzjonijiet fi hdan il-kumitat centrali. Sar xoghol ta’ pavimentar fil-gnien tal-kazin flimkien mar-restawr tal-funtana antika. Sar xoghol kbir fil-bar tal-kazin fejn inghata dehra totalment gdida. Giet rinnovata mill-gdid il-kamra ta’ l-isnuker. Saret kcina gdida biex tilqa’ d-domanda dejjem tikber ta’ membri li jattendu ghall-ikliet tul is-sena kollha. Saru toilets moderni kemm ghall-irgiel u kif ukoll ghan-nisa. Saret sistema gdida ta’ dawl fil-kazin kollu, kif ukoll baqa’ jigi restawrat l-armar tas-Socjetà u jizzanzan armar gdid kull sena. Gie nawgurat standart gdid tal-Kazin fl-2003, xoghol Kurt Friggieri, kif ukoll inkixfet irhama li tfakkar il-Presidenti kollha tas-Socjetà. Fis-sena 2004 saru l-inkwatri tal-Presidenti kollha tas-Socjetà fis-sala tal-kazin, kif ukoll gew inawgurati zewg angli artistici mal-faccata tal-kazin. Fis-sena 2005, fl-okkazjoni tal-125 sena mit-twaqqif tas-Socjetà giet inawgurata l-istatwa ta’ Sant’ Andrija Appostlu, patrun tas-Socjetà fil-gnien tal-kazin, kif ukoll zewg angli artistici ohra ghal mal-faccata tal-kazin, biex il-faccata tal-kazin kienet armata u lesta minn kollox ghal festa tas-Salvatur.

L-Ewwel Lejla Maltija

Fil-festa tas-Salvatur tal-2001, saret ghal-ewwel darba f’Hal Lija Lejla Maltija organizzata mis-Socjetà b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Lija.  Din saret fil-pjazza ta’ quddiem il-kazin u kienet success kbir.  Din il-Lejla Maltija saret parti mill-programm tal-festa organizzat mis-Socjetà u baqghet issir kull sena.

Pubblikazzjonijiet

Fis-sena 1880, is-Socjetà harget pubblikazzjoni biex tfakkar il-mitt sena anniversarju mit-twaqqif tas-Socjetà.  Fil-festa tas-Salavtur tas-Sena 2001 is-Socjetà bdiet tohrog pubblikazzjoni annwali li jinkorpora fih il-programm tal-festa kif ukoll artikli interessanti dwar is-Socjetà u Hal Lija.  Pubblikazzjoni ohra bdiet tohrog ukoll mill-Milied 2001 flimkien ma’ Kalendarju.

Festi f’gheluq il-125 sena mit-twaqqif tal-Kazin (1880-2005)

Fis-sena 2005 saru ccelebrazzjonjiet kbar f’eghluq il-125 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kazin.  Il-Kumitat haseb biex jiddisinja Logo ghal dawn il-festi, u fl-ahhar tas-sena 2004 dan il-logo gie inawgurat mal-faccata tal-kazin tas-Socjetà biex jinxteghel tul is-sena kollha. Mal-logo intghazel il-kliem daqstant meqjus u adattat:  ‘125 Sena ta’ Storja u Hidma Kulturali f’Hal Lija’. Kif bdiet is-sena 2005, tlaqqat Laqgha Generali Annwali fejn intghazel Kumitat gdid li kellu r-responsabbilta li jikkoordina x-xoghol kollu li kien diga mfassal mill-Kumitat ta’ qabel u jfassal il-programm ufficcjali ta’ celebrazzjonjiet tal-festi specjali tal-125 sena. Il-qofol ta’ dawn il-festi kellhom jigu ccelebrati  fil-jiem tal-festa tas-Salvatur, fil-festa ta’ Sant’ Andrija Appostlu u Martri, patrun tas-Socjetà, kif ukoll fil-granet tant sbieh tal-Milied.  L-impenji tas-Socjetà ghall-festa tas-Salvatur fethu b’Lejla Maltija Grandjuza fil-pjazza ta’ quddiem il-Kazin, li saret b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Hal Lija. Barra li kien hemm diversi kantanti stabbiliti, il-kumitat tas-Socjetà ta l-opportunita biex jippromovi t-talent Lijan permezz ta’ kantanti zghar u zghazagh minn Hal Lija.  Ghal l-ewwel darba l-palk gie armat biswit il-Kappella ta’ Santa Marija u b’hekk kien aktar spazzjuz u vizibbli minn kull rokna tal-pjazza. Kien hemm attendenza numeruza u dan ghina mhux ftit biex intaffu l-ispejjes kbar li Socjetà kellha biex ticcelebra dawn il-festi specjali. 
Wara snin ta’ stennija, il-jum maghzul biex jigi mfakkar dan l-anniversarju wasal!  Il-Hadd 31 ta’ Lulju, 2005 jibqa mfakkar b’ittri tad-deheb fl-istorja tas-Socjetà. Ghal din l-okkazjoni, l-Kumitat ha hsieb jipprepara program specjali.  Sabiex din il-gurnata tkun verament wahda memorabbli u dinjituza il-Kumitat ha hsieb jistieden il-President ta’ Malta, Ecc. Tieghu Dott. Edward Fenech Adami, flimkien ma’ diversi ministri, deputati, is-Sindku ta’ Hal Lija u ta’ l-iklin u l-Kunsilliera, flimkien mal-W. Rev. Mons. C. Scicluna li kien hawn fostna biex jippresiedi ghal dawn ic-celebrazzjonjiet flimkien mal-W. Rev Kappillan u l-kleru tal-parrocca, id-Direttur Spiritwali Dun Salv Sammut, u diversi mistiedna distinti.  Il-President gie milqugh mill-President, l-Kumitat tas-Socjetà fil-pjazza ta’ quddiem il-Kazin.  Wara li l-President ta’ Malta gie mdawwar mill-President tas-Socjetà, akkumpanjat mill-Kumitat mas-swali tal-kazin, gie mgharraf dwar l-istorja tal-kazin waqt li gie muri id-diversi inkwadri u pitturi li jinsabu fis-swali li wahedhom jirrakontaw l-istorja glorjuza ta’ din is-Socjetà. Wara fuq stedina tal-President tas-Socjetà, gie iffirmat il-Ktieb tal-personalitajiet distinti mill-Ecc. Tieghu Dott. Edward Fenech Adami. 
Wara, Dott. Fenech Adami u s-Sinjura tieghu gew milqugha b’capcip kbir minn dawk kollha prezenti fil-gnien tal-Kazin. Wara li saret introduzzjoni tal-okkazzjoni mis-Sinjura Brigitte Scifo, membru tas-So`jeta, is-Sindku ta’ Hal Lija, s-Sinjura Magda Magri Naudi giet mistiedna taghmel diskors ta’ l-okkazjoni. Fl-ahhar tad-diskors taghha saru numru ta’ prezentazzjonijiet ta’ l-okkazzjoni.
Is-Sindku ta’ Hal Lija, s-Sinjura Magda Magri Naudi f’isem il-Kunsill Lokali pprezentat Standart ta’ Hal Lija lill-President tas-Socjetà biex jibqa jinzamm bl-akbar ghozza fis-Sala principali tal-Kazin.  Wara kien immis il-W. Rev. Kappillan Dun David Gauci biex jaghmel id-diskors tieghu u pprezenta f’ismu u l-kleru tal-parrocca plattin tal-fidda b’tifkira ta’ dan l-anniversarju.  Il-President tal-Kazin tal-Banda San Pio X, s-Sur Louis Caruana  pprezenta tazza kommemorattiva b’tifkira ta’ din l-okkazzjoni filwaqt lill-President tal-Kazin tal-futbol, is-Sur Charles Scerri pprezenta tazza kommemorattiva.  Il-President tal-Ghaqda Festi Esterni pprezentaw plattin tal-fidda ghal din l-okkazzjoni.  Prezentazzjoni ohra saret mis-Surmast Raymond Fenech li pprezenta L-Innu Marc Lill Kazin Sant’ Andrija fuq kompozizzjoni tieghu stess.  Il-President ta’ L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ta’ Hal Luqa pprezentaw Inkwadru li juri l-martirju ta’ Sant’ Andrija, flimkien Marc miktub Mill-Ass. Surmast ta’ l-istess Ghaqda, Sur Michael Pulis bl-isem ta’: ‘Lil Sant’ Andrija ta’ Hal Lija’.  Wara dawn il-prezentazzjonjiet kien immiss lill-President tas-Socjetà, Sur Joseph Portelli li jaghmel il-prezentazzjonjiet f’isem is-Socjetà permess ta’ plattini tal-Fidda li jfakkru l-125 Anniversarju lill-Kunsill Lokali Hal Lija, Lill-W. Rev. Mons. C. Scicluna, Lil W. Rev Kappillan, Dun David Gauci, lid-Direttur Spiritwali Dun Salv Sammut, lill-Kazin tal-Banda San Pio X, lill-President tal-Ghaqda Festi Esterni, lis-Surmast Raymond Fenech, lill-President tal-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ta’ Hal Luqa.  Fl-ahhar il-President ipprezenta kopja tal-Innu Marc lill-Kazin Sant’ Andrija lill-President tal-Banda San Pio X biex dan ikun jista jindaqq kull meta l-Banda San Pio X iddoqq minn quddiem il-Kazin. Wara dawn il-prezentazzjonijiet, saru diskorsi min-naha tal-President tas-Socjetà Sant’ Andrija, Sur Joseph Portelli u tal-President ta’ Malta, l-Ecc. Tieghu Dott. Fenech Adami. Wara sar il-kxif ta’ l-istatwa tal-patrun tas-Socjetà mill-President ta’ Malta flimkien ma’ rhama kommemorattiva li tfakkar dawn il-festi tal-125 sena.  Indaqqet fanfarra tal-okkazzjoni mill-Banda San Pio X mal-kxif ta’ l-istatwa ta’ Sant’ Andrija.  Qabel ma sar it-tberik ta’ l-istatwa, il-W.Rev Mons. C. Scicluna qara u pprezenta l-Barka tal-Papa Benedittu XVI lill-President tas-Socjetà flimkien ma’ ritratt kommemorattiv tal-l-Papa l-Gdid Benedittu XVI.  Id-Direttur Spiritwali tas-Socjetà bierek u nawgura l-angli artistici mal-faccata tal-Kazin.  Wara l-mistednin kellhom l-okkazzjoni li jiltaqghu personalment mal-President ta’ Malta u s-Sinjura Fenech Adami waqt ir-reciviment.

Gieh lill-Wisq Rev. Mons. Alfred Xuereb

Il-President u l-Kumitat hasbu li jkun f’waqtu li f’ sena ta’ celebrazzjonijiet specjali tal-125 sena mit-twaqqif tas-Socjetà ifakkru lil wiehed minn ulied Hal Lija li ghamel gieh u unur kbir lir-rahal twelidu. Kien nhar l-Erbgha 1 ta’ Frar, 2006, fl-anniversarju tal-pussess tal-mahbub Kappillan Dun Alfred Xuereb, li l-President u l-Kumitat tas-Socjetà stiednu lil W. Rev. Mons. Alfred Xuereb fil-Kazin tas-Socjetà biex jinawgura inkwatru kbir tieghu stess fis-Sala principali tal-Kazin.  Saru diskorsi tal-okkazjoni minn naha tal-President tas-Socjetà u l-Monsinjur innifsu. Wara sar riceviment.

Konkluzzjoni

Mill-1880, ghaddew hafna snin minn fuq din is-Socjetà u matul dan iz-zmien kellha hafna taqlib minn dar ghal ohra, imma qatt ma warbet mill-vicinanzi tal-Knisja ta’ Sant’ Andrija, minn fejn origina l-isem ta’ ‘CIRCOLO SAN ANDREA’. Sal-lum is-Socjetà Sant’ Andrija Villa Lija ghadha taghti s-sehem shih taghha b’risq il-festa titulari tas-Salvatur bi spirtu zaghzugh, fejn kull sena jirnexxielha ggedded lilha nnifisha u tkompli zzid fuq dak li hallewlna missirijietna. Il-pilastri tas-Socjetà minn dejjem kienu l-armar u l-banda fil-festa tas-Salvatur. Rigward l-armar, b’sodisfazzjon kbir wiehed jghid li qed jizdied kull sena, filwaqt li jigi rrestawrat armar antik li jmur lura iktar minn mitt sena. Hafna mill-armar li tippossiedi s-Socjetà huwa xoghol idejn il-membri stess li fil-hin liberu taghhom jahdmu bla heda b’risq il-festa.
Din ir-ricerka dwar l-istorja tal-Kazin taghlaq b’awgurju ta’ aktar snin ta’ hidma b’risq ir-rahal sabih ta’ Hal Lija, biex b’hekk inkunu nistghu dejjem niggeddu u nsahhu l-partecipazzjoni taghna fis-snin li gejjin. Il-konkorrenza tal-membri u l-poplu ta’ Hal Lija fl-attivitajiet tas-Socjetà tul is-sena kollha huma l-istimulu qawwi biex din is-Socjetà tkompli tifrex l-kultura bl-aktar mod wiesgha f’dan ir-rahal ferm ghal qalbna - Hal Lija.

Referenzi

1980 – Cutajar, G., ‘Taghrif storiku ta’ gheluq il-100 sena, 1880-1980 mit-twaqqif tas-Socjetà Sant’ Andrija’, ktieb mhux stampat u mizmum bhala manuskritt mill-istess Socjetà.

Minuti tal-laqghat tal-kumitat u seduti generali tas-Socjeta

 

 

Website Design by DARLOW Productions - Sant Andrija Lija Copyright 2006