Diretturi Spiritwali....

L-Ewwel Direttur Spiritwali tas-Socjeta` inhatar wara t-tieni gwerra dinjija, u dan kien it-twajjeb u rispettat minn kulhadd – Dun Salv Agius. Qabel ordna sacerdot, kien haddiem it-tarzna, u membru ferm attiv u habrieki tas-Socjeta`. Il-familja tieghu, inkluz missieru Salvu, kienu kollha membri tal-kazin. Meta kiber fl-eta’ hass il-bzonn li ma setax ikompli jaqdi dmiru bhala Direttur Spiritwali u ghalhekk kontra qalbu kellu jhalli din il-kariga. Huwa miet fit-28 ta’ Ottubru, 1978. 
Minnufih nhatar Dun Salv Sammut bhala Direttur Spiritwali. Matul dawn is-snin kollha Dun Salv qatt ma naqas li jkun prezenti tista tghid kuljum fil-Kazin tas-Socjeta` biex jitkellem mas-socji u jghin b’kull mezz lis-Socjeta`. Nhar il-Hamis 12 ta’ Frar, 2004, Dun Salv ghalaq 80 sena. Ghal din l-okkazjoni, il-Kumitat organizza riceviment fil-Kazin stess b’rispett tax-xoghol li wettaq u ghadu jwettaq sal-lum.

Xi kelma ta’ gid zgur li qatt ma naqset minghand dawn id-Diretturi Spiritwali li dejjem taw u ghadhom jaghtu kontribut kbir lis-Socjeta`. Jalla is-Socjeta` taghna li prezenza ta’ kappillani u qassisin qatt ma naqset tul is-snin, tkompli tapprezza u tghozz din il-hidma fejjieda.

Kien wieħed mill-pijunieri flimkien malkumitat li ħadem kemm felaħ biex is-Soċjetà Sant’Andrija tkun waħda attivita u tħabrek biex tiċċelebra il-festa tas-Salvatur. Wieħed biss jgħid li minn età żgħira kien jiffrekwenta l-każin tas-Soċjetà u kien wieħed mill-pijunieri li flimkien mas-Surmast Antonio Azzopardi waqqaf l-Orkestra fi ħdan is-Soċjetà Sant’Andrija.

Dun Salv Sammut kien it-tieni Direttur Spiritwali tas Socjeta Sant Andrija. Dun Salv Sammut Saċerdot ħabrieki li minn età żgħira kien midħla tas-Soċjetà tagħna u ħadem kemm felaħ biex is-Soċjetà qiegħda fuq pedamenti soda kif nafuha llum. Dun Salv ma kien ifalli qatt, sakemm ipermettietlu saħħtu li jkun preżenti kuljum fil-każin u jitkellem mas-soċji u l-ħbieb. Kelma ta’ ġid spiritwali qatt ma naqset mingħand Dun Salv, u dejjem kien jisħaq fuq l-importanza li s-Soċjetà tkun waħda ħajja u mimlija attività.

Is-Soċjetà Sant’Andrija tat l-aħħar tislima lil Dun Salv Sammut nhar is-16 ta’ Awwissu billi ħadet sehem fil-korteo u fil-quddiesa presente cadavere li saret fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija. Is-Soċjetà għandha tifkiriet sbieħ ta’ Dun Salv. Wieħed biss biss jaqra l-messaġġi li kien jikteb għallfesta u dlonk kien jintebaħ bl-imħabba kbira li kellu lejn is-Soċjetà u lejn ir-raħal ta’ Ħal Lija.

Fil laqgħa ġenerali ta 2013 ġie maħtur it-tielet Direttur Spiritwali tas-Soċjetà, il-Monsinjur Dun Mosè Borg.

Dun Salv Agius

Dun Salv Sammut

Dun Mose Borg

dun_mose
Top