Fit-tarf tat-triq kwazi fil-kantuniera biswit il-knisja ta’ Santa Marija hemm il-kazin sabih ta’ Sant’Andrija.
Nisthajlu dal-kazin li jmiss mal-misrah jixtieq bhalkieku jirrakonta l-grajja ta’ x’ghadda minghalih kemm ilu wieqaf.
Nisthajlu b’lehen gholi jispelli l-ismijiet ta’ dawk li dahlu fih kull filghaxija ifittxu l-kenn u l-wens tal-hbiberija..
Nisthajlu mimli dawl il-Hadd filghodu u l-gnien ifur bil-fwieha tar-rebbiegha.
Nisma’ fil-boghod il-hoss tal-bocci jahbtu ma’ xulxin fil-kamra tal-biljard u l-brix tal-gibsa kahla Fuq l-istikka
Wieqaf taht kull ritratt li hemm fit-tarag nisma’ lil dawk l-irgiel tal-kumitati jirrakuntaw l-istorja ta’ hajjithom li hija wkoll l-istorja ta’ hajjitna.